FAQS​

Skont Artiklu 16 tal-Att dwar l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet Finanzjarji jekk entità (kemm persuni naturali u legali, li jinkludi kull entità jew assoċjazzjoni ta’ persuni, kemm korporali jew mhux korporali) jkollha għaliex tissuspetta li jkun hemm xi irregolarità u, jew każ ta’ suspett ta’ frodi tal fondi pubbliċi, hija għandha tirreferi l-kwistjoni minnufih lid-Direttur, u għandha tipprovdi lid Direttur, l informazzjoni kollha relatata li jkollha f’idejha.

Tista’ tikkuntattjana b’mod anonimu. Huwa importanti li tipprovdi informazzjoni preċiża u dettaljata kemm jista’ jkun, li jinkludu dokumenti, meta disponibbli, biex isostni l-allegazzjoni tiegħek.

IAID tevalwa l-informazzjoni provduta u tiddetermina:

  • jekk il-kwistjoni taqax taħt il-kompetenza tal-IAID; u
  • jekk l-informazzjoni hijiex biżżejjed u affidabbli biex tiġġustifika l-ftuħ ta’ każ.