FAQs

Il-Programm Globali tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni jiddefinixxi l-korruzzjoni bħala ‘…l abbuż ta’ poter għal gwadann privat.’

L-Att dwar l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet Finanzjarji (Kapitlu 461 tal-Liġijiet ta’ Malta) jiddefinixxi l-irregolarità bħala ‘…liema att jew ommissjoni li illegalment inaqqas il-fondi pubbliċi .u dak kollu li ma jkunx konformi mal-immaniġġjar xieraq tagħhom.’

Frodi suspettata hija irregolarità li tagħti lok għall-bidu ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji fuqlivell nazzjonali sabiex tiġi stabbilita l-preżenza ta’ mġieba malizzjuża intenzjonata biex iseħħ il- frodi.

L-Att dwar l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet Finanzjarji jiddefinixxi l-fondi pubbliċi bħala ‘fondi li l-Gvern jirċievi, iħallas, li jinkludu fondi lill-kunsilli lokali, jew li jkun meħtieġ li jamministra taħt l‑obbligi internazzjonali ta’ Malta, jew fondi pubbliċi oħra li jirriżultaw minn kwalunkwe liġi oħra’.