Direttorat ta’ Armonizzazzjoni Ċentrali

Id-Direttorat Ċentrali tal-Armonizzazzjoni fi ħdan l-IAID għandu l-kompitu tal-armonizzazzjoni tal funzjonijiet tal-awditjar intern deċentralizzat fi ħdan il-Ministeri u l-entitajiet pubbliċi li għandhom t-Taqsima tal-Awditjar Intern (IAU) tagħhom stess.

Il-funzjonijiet tad-Direttorat Ċentrali tal-Armonizzazzjoni jinkludu:

  • jiffaċilita l-istabbiliment u l-operat effettiv ta’ IAUs fi ħdan l-entitajiet;
  • il-promozzjoni ta’ metodoloġiji u standards armonizzati;
  • jimmonitorjaw u jikkomunikaw xejriet emerġenti fl-awditjar intern sabiex jiġu promossi l aħjar prattiċi;
  • evalwazzjoni tal-IAUs deċentralizzati stabbiliti;
  • reviżjonijiet perjodiċi tal-Pjanijiet tal-Awditjar Intern u r-Rapporti Annwali;
  • il-valutazzjoni tal-prestazzjoni u r-riżultati rreġistrati mill-IAUs;
  • iwettaq inkarigi ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità fuq l-IAUs deċentralizzati; u
  • jagħmel sottomissjonijiet u rakkomandazzjonijiet lill-Kumitati tal-Verifika fejn meħtieġ.