Kumitat Koordinattiv

 

Il-Kumitat Koordinattiv kien imwaqqaf bis-saħħa ta’ Artikolu 23 tal-Att dwar l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet Finanzjarji biex ‘jikkoordina l-attivitajiet ta’, u jiffaċilita l-iskambju ta’ tagħrif bejn, entitajiet differenti inkarigati bil-protezzjoni u s-salvagwardja tal-fondi pubbliċi’. Dawn tal aħħar jinkludu fondi li Malta għandha timmaniġġja taħt l-obbligi internazzjonali tagħħa.

Il-Kumitat Koordinattiv jiltaqa’ b’mod multilaterali fuq bażi regolari, bl-għan li jżid il kooperazzjoni lokali bejn l-aġenziji involuti fl-oqsma ta’ kontra l-frodi u l-korruzzjoni. Il Kumitat Koordinattiv waqqaf ukoll sottokumitati magħmulin minn rappreżentanti tal-membri tal istess Kumitat, biex isaħħaħ u jiffaċilita kollaborazzjoni nazzjonali biex jassigura l implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta’ azzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni 2021.

L-istruttura preżenti tal-Kumitat Koordinattiv hi din li ġejja:

  • Direttur Ġenerali IAID bħala Chairperson;
  • Rappreżentant tad-Direttorat tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji fi ħdan l-IAID;
  • Rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali;
  • Rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat;
  • Rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Awditur Nazzjonali;
  • Rappreżentant tal-Pulizija ta’ Malta;
  • Rappreżentant tad-Dipartiment tad-Dwana (maqgħud bħala l-Amministrazzjoni Maltija tat-Taxxa u d-Dwana);
  • Rappreżentant tad-Diviżjoni Fondi u Programmi (l-Awtorità li timmaniġġja l-fondi Ewropej) (EU Funds Managing Authority);
  • Rappreżentant tad-Diviżjoni tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (l-Awtorità li timmaniġġja l-fondi Ewropej) (EU Funds Managing Authority);
  • Rappreżentant tal-Korp għall-Analiżi ta’ Informazzjoni Finanzjarja;
  • Rappreżentant tas-Servizzi tas-Sigurtà ta’ Malta;
  • Rappreżentant tal-Kummissarju għat-Taxxi (maqgħud bħala l-Amministrazzjoni Maltija tat-Taxxa u d-Dwana);
  • Rappreżentant tal-Ministeru tal-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal;
  • Rappreżentant tad-Dipartiment tal-Kuntratti;
  • Rappreżentant tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi
  • Rappreżentant tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.