DIRETTUR ĠENERALI

Kevin Agius

KEVIN AGIUS

B.A.(Hons) Accountancy

Direttur Ġenerali

Kevin Agius twieled fis-17 ta’ Settembru, 1966. Studja fil-Kulleġġ Stella Maris, dak iż-żmien il-Liċeo Ġdid fl-Imsida, u ggradwa mill-Università ta’ Malta b’B.A (Hons) fl-Accountancy fl-1991. Fl-1995, kiseb il-warrant biex prattika bħala accountant u fl-2007 Practice Certificate in Auditing.

Għal diversi snin, huwa kien impjegat bħala Kontrollur Finanzjarju ma’ diversi entitajiet privati, madankollu għamel xi snin jaħdem mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. 

Fl-2017, ingħaqad mal-Fondazzjoni għall-Ħarsien Soċjali (FSWS), entità pubblika, bħala Direttur tal-Finanzi, fejn kien responsabbli mid-dipartiment tal-finanzi tal-imsemmija entità li għandha allokazzjoni tal-baġit ta’ madwar €35 miljun ewro u qrib l-1,000 impjegat. 

Fit-2 ta’ Jannar 2024, inħatar bħala d-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID).

Is-Sur Agius huwa miżżewweġ u għandu żewġt ibniet.