Direttorat ta’ Investigazzjonijiet Finanzjarji

 

Id-Direttorat tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji fi ħdan l-IAID għandu l-mandat li jwettaq investigazzjonijiet finanzjarji fid-Dipartimenti tal-Gvern u fi kwalunkwe entità oħra pubblika jew privata li tkun b’xi mod benefiċjarju, debitur jew maniġer ta’ fondi pubbliċi, inklużi fondi tal-UE, bil għan li jipproteġu dawn il-fondi kontra l-irregolaritajiet u l-frodi jew b’ mod ieħor biex jevalwa r responsabbiltà ta’ tali entitajiet pubbliċi jew privati li jikkontribwixxu għal dawn il-fondi.

Investigazzjoni finanzjarja tfisser l-eżami bir-reqqa taċ-ċirkustanzi kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ irregolaritajiet u każijiet ta’ suspett ta’ frodi, li jinkludu l-korruzzjoni ta’ uffiċjali pubbliċi, u, f’dak ir rigward, l-akkwist ta’ rekords u/jew informazzjoni u t-twettiq ta’ valutazzjonijiet relatati, analiżi u rakkomandazzjonijiet. L-investigazzjonijiet jirrigwardaw inkjesti mmirati biex jikxfu fatti moħbija u jistabbilixxu l-verità. Dawn jimplikaw traċċar sistematiku ta’ informazzjoni u jinkludu l istħarriġ.

L-IAID huwa l-interlokutur maħtur tal-OLAF f’Malta u huwa s-Servizz ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) għal Malta; dan jimplika li dan id-Direttorat fi ħdan l-IAID jista’ jwettaq investigazzjonijiet konġunti mal-OLAF, l Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, fir-rigward ta’ fondi tal-UE li ibbenefikat minnhom Malta. Dan id-Direttorat jirrapporta irregolaritajiet lill-OLAF fir-rigward ta’ Fondi ta’ Qabel l-Adeżjoni, Fondi ta’ Faċilità ta’ Tranżizzjoni, Fondi Strutturali, Fond ta’ Koeżjoni u Fondi Agrikoli kull tliet xhur. a Id-Direttorat tal- Investigazzjonijiet Finanzjarji jipprovdi wkoll kontribuzzjonijiet sostanzjali, inkluż feedback, lil diversi sottounitajiet fi ħdan l-OLAF li huma inkarigati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE f’oqsma differenti.

Aħbarijiet

The OLAF Report 2022 ippubblikat. Biex taqra r-Rapport sħiħ agħfas hawn.

The OLAF Report 2021 ippubblikat. Biex taqra r-Rapport sħiħ agħfas hawn.

The OLAF Report 2020 ippubblikat. Biex taqra r-Rapport sħiħ agħfas hawn.

The OLAF Report 2019 ippubblikat. Biex taqra r-Rapport sħiħ agħfas hawn.